Assocjazzjoni Sport Muturi

Jiftah l-istagun tal-Motocross 2019/2020

6th November 2019

Ghazel Il-Lingwa:


Il-Ħadd 20 t’Ottubru infetaħ il-Kampjonat Nazzjonali Honda Motocross 2019/2020 fejn ġiet organizzata Fun Race u kellna dawn ir-rizultati. Il Klassi A intrebħet min Kyle Camilleri fuq mutur KTM segwit min Bernard Sammut fuq mutur Beta. Fit-tielet post daħal Mark Mamo fuq mutur Yamaha.

Mill-Klassi B Ryan Faenza fuq Yamaha iddomina l-klassi segwit min Michael Sant fuq mutur Husqvarna waqt li t-tielet post intrebaħ min James Mamo fuq mutur Yamaha.

Il-Klassi Juniors għal l-ewwel darba f’dan l-istaġun ser ikollha Kampjonat iddeidikat għal tfal li jippratikaw dan it-tip ta Sport. Dan grazzi għal ħidma li saret kemm mill-kowċies barranin kif ukoll dawk Maltin li għandha l-Assoċjazzjoni. Intant f’din l-ewwel attivita rajna lil Jose Azzopardi fuq mutur KTM jiddomina l-klassi segwit min Sheldon Camilleri Conti fuq mutur Yamaha. It-tielet post intrebaħ min Nicole Cutajar fuq mutur Husqvarna.

Attivita oħra bil-Muturi Motocross li sa tkun l-ewwel attivita mill-Kampjonat Nazzjonali 2019/2020 se ssir nhar il-Ħadd 1 ta’ Diċembru 2019 fil-Kumpless tal-ASMK Ta’ Qali u tibda fl-10:00am



Assocjazzjoni Sport Muturi