Assocjazzjoni Sport Muturi

LI STAĠUN ASMK AUTOCROSS JIFTAĦ IL-ĦADD LI ĠEJ

6th November 2019

Ghazel Il-Lingwa:


Nhar il-Ħadd 10 ta’ Novembru 2019 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi sa tiftaħ l-istaġun tal-Karozzi bl-ewwel attivita Autocross mill-Kampjonat Nazzjonali ASMK Pasta Poiatti 2019/2020. L-attivtajiet kollha bil-Karozzi jsiru fil-Kumpless Sportiv tal-ASMK f’Ta’ Qali bl-ewwel tiġrija tibda 11:00am.

Bħalissa għaddejjin l-aħħar preparament biex il-korsa tal-karozzi tkun lesta biex tilqa l-ewwel attivita tal-istagun. Għaddejin ukoll l-aħħar preparment biex titlesta il-kamra tal-kontroll fejn din saritilha bidla sħiħa wara 34 sena servizz. Dan kellu jsir malgħajr wara inċident zgħir ta’ nar fl-istess binja li din ġarrbet f’dan is-sajf. Barra minn hekk se ssir xogħol fil-jiem li ġejjin biex il-korsa tkun tista’ terġa tibda tintuza b’tigrijiet f’zewġ direzzjonijiet kemm favur u kontra l-arloġġ matul dan l-istaġun il-ġdid.



Assocjazzjoni Sport Muturi