Assocjazzjoni Sport Muturi

Maluq il-Kampjonat Nazzjonali Honda Motocross 2019

8th June 2019

Ghazel Il-Lingwa:


Nhar il-Ħadd li ġej 9 ta Ġunju 2019 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi tkompli bil-Kampjonat Nazzjonali ASMK Pasta Poiatti 2018/2019. Is-Sezzjoni Autocross tal-Assoċjazzjoni ser tkun qed ittella l-għaxar progamm tal-Istaġun fejn kollox jibda fl-10:00am fil-Kumpless Sportiv f’Ta’ Qali.

Intant nhar il-Ħadd li għadda 2 ta’ Ġunju 2019 ingħalaq l-ewwel il-Kampjonat Nazzjonali Honda Motocross 2018/2019. Għal din l-attivta Motocross bil-Bonus Points ħadu sehem 20 kompetitur maqsuma fit-tlet klassijiet. Din l-attivita ssir biex tgħati ċans lil dawk li marru inqas tajjeb fl’attivitajiet tul dan l-istaġun. Kull rider għandu dritt ibiddel ir-rizultat miksub f’din l-attivita ma dak li fl-opinjoni tar-Rider huwa mar ħazin.

Fil-Motocross Klassi A rajna lil Bernard Sammut fuq mutur Beta jirbaħ din l-attivita segwit min Mark Mamo fuq mutur Yamaha waqt li fit-tielet post spiċċa Kyle Camilleri fuq mutur KTM.
Fil-Motocross Klassi B rajna lil Garry Debono fuq mutur KTM jiddomina u rebaħ il-klassi segwit min Krist Falzon fuq mutur Husqvarna. Fit-tielet post daħal Daniel Caruana fuq mutur Honda.

Fil-Motocross Klassi Veterans rajna għal darba oħra lil Carmelo Borg fuq mutur Kawasaki jiddomina u jirbaħ il-klassi segwit min Paul Deguara fuq mutur KTM. Fit-tielet post daħal Anthony Grech fuq mutur Husqvarna.

L-Assoċjazzjoni ħabbret li l-Kampjonat Nazzjonali Motocross 2018/2019 sponsorjat mid-ditta Honda inrebaħ min Kyle Camilleri fuq mutur KTM. Tul dan l-istaġun Camilleri rebaħ 4 tigrijiet min sitta filwaqt li fit-tnejn l-oħra spiċċa fit-tieni post u b’hekk għalaq l-istaġun b’294 punt segwit min Mark Mamo fuq mutur Yamaha li għalaq l-istaġun b’256 punt.

Il-Kampjonat Nazzjonali Motocross Veterans 2018/2019 intrebaħ min Carmelo Borg fuq Honda fejn matul dan l-istaġun irnexxilu jirbaħ kull tiġrija li saret u għalaq l-istaġun b’300 punt. Borg kien segwit min Jethro Sant fuq mutur Yamaha li għalaq l-istaġun b’248 punt.

Il-Klassifika Motorcross Klassi B hija klassi li tilqa fija dawk li jibdew dan l-isport biex b’hekk l-Amminsitrazzjoni tkun tista t-tella Riders fil-Klassi A fil-istaġun li jkun imiss. Din il-klassi f’dan l-istaġun intrebħet min Daniel Caruana fuq mutur Honda fejn tul dan l-istaġun kellu diversi rebħiet u spiċċa fuq net tal-klassifika b’286 punt. Caruana kien segwit min Garry Debono fuq mutur KTM li għalaq din il-klassi b’276 punt. L-Assoċjazzjoni tawgura lir-rebbieħa kollha kif ukoll tifrah lil Caruana u Debono li mill-istaġun li jmiss ser ikunu qed jiehdu sehem fil-Kampjonat Nazzjonali Motocross 2019/2020 Klassi A.



Assocjazzjoni Sport Muturi