Assocjazzjoni Sport Muturi

INHABBTUHOM GHALL-ISTRINA’ - NHAR IL-HADD 17

12th December 2017

Ghazel Il-Lingwa:


Nhar il-Ħadd 17 ta’ Diċembru 2017 l-“Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi” ħa torganizza l-attivta speċjali li ssir kull sena fi zmien il-Milied. Bħall snin preċedenti l-attivita tiġi mtella biex jinġabru fondi għal l-ISTRINA. F’din it-24 edizzjoni ta’ din l-attivita fil-programm tal-ġurnata sejrin naraw is-sezzjoni Autocross bir-raba program mill-Kampjonat Nazzjonali ASMK Pasta Poiatti 2017/2018 u l-Muturi Motocross li ser itellgħu attivita Fun Race. Il-programm tal-ġurnata jibda fl-08.00am bil-Muturi u l-karozzi jsegwu mil-10:00am. Il-program mistenni jispiċċa bid-Demolition Derby li tibda għal ħabta tat-3:30pm.

Għalkemm il-kompetituri tad-Demolition qed isibuha diffiċli ħafna li jixtru karozzi qodma għal dan l-avveniment tad-Demolition li jittellha "Darba fis-Sena", 42 kompetitur irreġistraw għal din il-kompetizzjoni. Ghalkemm nofs is-sewwieqa huma ġodda in-nofs l-ieħor huma sewwieqa li soltu jieħdu sehem f'din il-logħba. Daqstant f’din l-edizzjoni huwa iktar diffiċli li jkun previst min sa jkun ir-Rebbieħ u ir-Runner-Up tiegħu. Għalkemm il-ħbit bil-karozzi hija l-irwol ta' din il-logħba is-sewwieqa għadhom regoli ta' ‘sigurtà speċjali’ x’josservaw sabiex jitħares is-saħħa tas-sewwieqa kollha. Ir-Regoli preventivi għal din il-loghba jridu jkunu osservati mis-sewwieqa kollha matul u sa l-aħħar tad-Derby Derby. Fil-waqt, l-Assocjazzjoni tieħu l-prekawzjonijiet kollha meħtiega biex dan iseħħ.

Intant tmiem il-ġimgħa li għaddiet kienet waħda impenjativa għal l-Assoċjazzjoni fejn nhar il-Ġimgha 8 ta’ Diċembru 2017 fil-Kumpless Sportiv f’Ta’ Qali ġiet organizzata it-tielet attivita mill-Kampjonat Nazzjonali Honda Motocross 2017/2018. Ir-rizultati tal-motocross huma dawn:-

Fi Klassi A ir-rebbieħ ta din il-klassi huwa Clayton Camilleri fuq muturi KTM. Dan kien segwit min ħuħ Kyle Camilleri ukoll fuq mutur KTM. Fit-tielet post spiċċa Paul Muscat fuq mutur Husqvarna fil-waqt li fir-raba post spiċċa David Dimech fuq mutur Honda.

Fi Klassi B rajna lil James Zahra fuq Sherco jirbaħ din il-klassi segwit min Bernard Sammut fuq mutur Beta. Fit-tielet post spicca Brandon Slowe fuq mutur Honda filwaqt li fir-raba post daħal Daniel Inguanez fuq mutur Honda.

Fil-Klassi Veterans Paul Deguara fuq mutur KTM iddomina u rebaħ din il-klassi segwit min sewwieq Għawci Robert Spiteri fuq mutur Yamaha. Fit-tielet post spiċċa Daniel Bonnici fuq mutur KTM filwaqt li fir-raba post daħal Andrew Cassar li wkoll ikkompeta b’mutur KTM.

L-Attivitajiet komplew il-Ħadd 10 ta’ Diċembru 2017 fil-Barriera tal-Magħlaq Limiti tal-Qrendi. Hawn ġiet orgnaizzata it-tieni attivita mill-Kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro 2017/2018 fejn b’kollox ħadu sehem 20 kompetitur maqsuma fit-tliet klassijiet. Matul din il-ġurnata kellna dawn ir-rizultati:-

Fi Klassi A Bernard Sammut fuq mutur Beta rebaħ din il-klassi kif ukoll it-tiġrija overall b’ħin ta 5 minuti 57.089 sekondi segwiet min James Zahra fuq mutur Sherco b’ħin ta 5 minuti 58.701 sekondi waqt li fit-tielet post spiċċa Joseph Scicluna fuq KTM b’ħin ta’ 6 minuti 4.418 sekondi.

Fi Klassi B George Schembri fuq KTM rebaħ din il-klassi b’ħin ta’ 6 minuti 33.557 sekondi segwit min Gabriel Muscat fuq KTM b’ħin ta’ 6 minuti 53.052 sekondi. It-tielet post intrebaħ minn Clayton Schembri fuq KTM b’ħin ta 7 minuti 5.819 sekondi.

Fi Klassi C rajna lil Kurt Muscat fuq Yamaha jirbaħ din il-klassi b’ħin 10 minuti 17.795 sekondi. Miegħu kellu lill Keith Baldwin fuq Beta u Clovert Abela fuq KTM li ma spiċċawx it-tiġrija minħabba ħsara teknika fil-muturi.



Assocjazzjoni Sport Muturi