Assocjazzjoni Sport Muturi

HONDA L-ISPONSOR IL-ĠDID GĦAL KAMPJONAT MOTOCROSS

28th November 2017

Ghazel Il-Lingwa:


Nhar il-Ħadd 26 ta’ Novembru 2017 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi sa tkompli bl-attivitajiet bil-Karozzi Autocross fejn ser tiġi organizzata it-tieni attivita mill-Kampjonat Nazzjonali ASMK Pasta Poiatti 2017/2018. Fl-istess ġurnata ser ikollna wkoll attivita bil-muturi Motocross fejn ukoll ser tkun qed tiġi torganizzata t-tieni attivita mill-Kampjonat Nazzjonali 2017/2018 sponsorjat mill-Honda. Il-programm jibda fit-8am bil-Muturi u iktar tard mal-ġurnata jkomplu l-karozzi.

Intant matul l-attivita ta nhar il-Ħadd 26 ta Novembru, bħal kull sena l-Assoċjazzjoni ser tkun qed tiftakkar b’dawk il-Membri li madhomx magħna b’quddiesa ċelebrata fil-kumpless sportiv tal-ASMK. Il-quddiesa tibda fl-10:00am u jiċċelebra li Spiritual Director tal-Assoċjazzjoni.
Bi pjaċir l-Assoċjazzjoni tħabbar li sponsor il-ġdid għal Kampjonat Nazzjonali Motocross 2017/2018. Il-kumpanija Gasan-Zammit Ltd permezz tal-Honda li hija waħda mid-ditti tagħha ser tkun qed tisponsorja l-Kampjonat Motocross f’dan l-istaġun. Intant l-isem ser ikun ‘KAMPJONAT NAZZJONALI HONDA MOTOCROSS 2017/2018’. Fiz-zmien li ġej l-Assoċjazzjoni ser tkun qed tħabbar proġetti oħra ġodda permezz ta din l-għajnuna li l-Għaqda għada kif l-ħaqet ftiehem fuqhu.
Intant l-Assoċjazzjoni ukoll tħabbar li attivita Trials li kellha ssir nhar il-Ħadd li għadda 19 ta’ Novembru 2017, il-programm ġie mħassar minħabba l-Maltemp. L-attivta li jmiss issa mistennija ssir nhar il-Ġimgha 8 ta’ Dicembru 2017 Festa Pubblika u l-post jitħabbar iktar tard.

Fi Sqallija matul dan Tmiem il-Ġimgha l-aħwa Camilleri Clayton u Kyle it-tnejn fuq muturi KTM kienu impenjati jikkompetu fil-Kampjonat Reġjonai tal-Federazzjoni Taljana tal-Muturi (FMI) ta Sqallija. Din il-kompetizzjoni saret fi Trapani fost l-aqwa sewwieqa tar-Reġjun Sqalli. Clayton Camilleri li jikkompeti fil-Klassi Elite MX2 Over 21 rebaħ ir-Raba post waqt li ħuħ iz-zgħir Kyle li jikkompeti fil-Klassi MX2 Under 21 rebaħ it-tieni post. Dawn bla dubju mhux biss għamlu ġieħ lill ASMK izda wisq aktar lill pajjizna.



Assocjazzjoni Sport Muturi