Assocjazzjoni Sport Muturi

Organizzata b'suċċess l-attivita f'Ghawdex

15th September 2017

Ghazel Il-Lingwa:


Matul tmiem il-gimgha ta’ bejn il-Gimgha 8 u l-Hadd 10 ta’ Settembru 2017 l-Assocjazzjoni Sport Muturi u Karozzi (ASMK) organizzat b’success ir-raba attivita bil-karozzi Autocross fix-Xewkija Ghawdex. Din l-attivita saret bil-Kolaborazzjoni u l-għajuna tal-Ministru għal Għawdex li aktar kmieni dan ix-xahar offra s-sapport tiegħu għal zewgt attivitajiet li l-ghaqda taghna torganizza f’din il-gzira, din tal-Karozzi li saret nhar il-Hadd u dik bil-muturi Enduro li ser issir fil-bidu tas-sena d-diehla.

Ix-Xoghol fuq il-korsa temporanja ghal Karozzi Autocross dam sejjer gimgha b’diversi xogholijiet li saru bil-ghajnuna ta’ haddiema tal-Gvern u l-Ufficjali tal-ASMK. Dan sar b’maniggjar tajjeb ta rizorsi u makkinarju kemm li ghandha l-ASMK, liema makkinarju gie trasportat ghal Ghawdex u makkinarju iehor li matul din il-gimgha gew min diversi benefatturi u mill-Ministeru t’Ghawdex ukoll.

L-Assocjazzjoni tixtieq tirringrazzja wkoll lill Gozo Horse Racing Association (GHRA) li accettaw it-talba tal-ASMK ghall uzu ta parti mil-korsa biex tinbidel f’korsa temporanja ghal-karozzi Autocross. Dan sar ghall ftit jiem. Grazzi wkoll tal-koperazzjoni li kellna mill-Korp tal-Pulizja, mid-Dipartiment tax-Xogholijiet f’Ghawdex, mill Gozo Sports Board, Road Construction Ltd, Gatt Construction Ltd, il-Korporazzjoni ghas-Servizzi tal-Ilma (WSC) u fl-ahhar u mhux l-inqas grazzi specjali lill Familja Apap mir-Rabat li assistew lill l-Ufficjali tal-ASMK f’kull problema li ltaqghu maghha matul din il-gimgha ta thejjija tal-korsa temporanja.

L-Ghan principali ta din l-attivita kienet biex jingabru fondi b’risq il-Fondazzjoni Arka. Grazzi ghal generozita tal-ispettaturi li attendew ghall din l-attivita ta darba fis-sena u daqstant ikkontribwixxew bid-donazzjoni tahhom.

Waqt il-prezentazzjoni tat-trofej lill kompetituri rebbieha Johnny Micallef Vici-President tal-Ghaqda irringrazzja lill kullhadd u qal jekk l-ghajnuna tkun provduta l-Assocjazzjoni terga torganizza avvenimenti bhal dawn kemm bil-karozzi kif ukoll bil-muturi f’Ghawdex matul is-sena li gejja.
Intant harsa lejn x’gara matul il-gurnata tal-Hadd fejn 31 kompetitur irregistraw ghal din il-kompetitzzjoni maqsuma fi tlet klassijiet dik Autocross Modified bis-sewwieqa Maltin, klassi ohra bis-sewwieqa Ghawcin u Autocross Standard bis-sewwieqa Maltin.

Fl-Autocross bis-sewwieqa Maltin rajna lill Jean Paul Grech fuq Peugeot 106 u Vince Farrugia fuq VW Polo jirregistraw l-ghola puntagg tal-gurnata. Minkejja li dawn ma rebhux il-Heats kollha tal-gurnata xorta kienu l-ewwel sewwieqa li ssigillaw posthom fil-finali tal-gurnata. Mahhom ikkwalifikaw Jonathan Camilleri fuq Opel Corsa, Andrew Pisani fuq Vauxhall Nova, Karl Micallef fuq Ford Fiesta u Noel Zammit fuq Opel Corsa. Mat-tluq ta din il-finali rajna lill-Farrugia jaghmel hrug tajjeb segwit minn Pisani u Micallef. L-attenzzjoni marret mill-ewwel fuq Grech li mill-ahhar pozizjoni beda javanza sakemm wasal wara Micallef b’dan ta’ l-ahhar jiddefendi postu sa l-ahhar. Ftit qabel tmiem din il-finali Pisani zviluppatlu hsara mekkanika fir-rota ta quddiem fejn kellu icedi postu. Ir-rizultat finali jispicca b’ Farrugia jirbah din il-finali segwit minn Micallef u Grech.

Fl-Autocross bis-sewwieqa Ghawcin rajna lill Domenic Zammit fuq Alfa Sud jirbah il-finali Klassi A segwit minn Marvin Grima fuq Opel Corsa. Fit-tielet post spicca Joseph Agius fuq Ford Fiesta fil-waqt li fir-raba post spicca Mario Attard fuq Ford Fiesta ukoll.

Fil-Finali Klassi B bis-sewwieqa Ghawcin rajna lill Marvic Sultana fuq Toyota Starlet jirbah din il-finali segwit minn Joseph Gauci fuq Alfa Sud. Fit-tielet post spicca Godwin Mizzi fuq Honda Civic fil-waqt li fir-raba post spicca Lawrence Attard fuq Peugeot 306

Fl-Autocross Standard bis-sewwieqa Maltin kienet mirbuha minn Nicovich Chircop fuq Peugeot 106 segwit minn Joseph Spiteri fuq Opel Corsa. Fit-tielet post spicca Joseph Micallef fuq Opel Nova waqt li fir-raba post spicca Karl Curmi fuq Opel Corsa. Fil-hames post dahal Kyle Agius fuq Renualt 5.

Intant l-Assocjazzjoni Sport Muturi u Karozzi mistennija thabbar il-Kalendarju tal-istagun 2017/2018 fil-jiem li gejjin.



Assocjazzjoni Sport Muturi