Assocjazzjoni Sport Muturi

AUTOCROSS f’GHAWDEX B’RISQ il-FONDAZZJONI ARKA

5th September 2017

Ghazel Il-Lingwa:


Fi-Tmiem din il-Gimgha, nhar il-Gimgha, is-Sibt u l-Hadd 8, 9 u 10 ta Settembru l-‘ASSOCJAZZJONI SPORT MUTURI u KAROZZI’ (ASMK) sa tmur fix-Xewkija Ghawdex bil-Karozzi tal-Autocross. Din l-attivita sponsorjata minn ‘ASMK’ u ‘Pasta Poiatti’ sa tkun ir-raba wahda tax-xorta tahha li ASMK sa tkun qed torganizza gewwa l-gzira Ghawcija.

Dan il-program qed jittella principalment biex jingabru fondi b’risq il- ‘Fondazzjoni Arka’ li taghmel hafna xoghol siewi mar-residenti tahha f’Ghawdex u wkoll biex aktar nesponu dan il-motorsport tal-Autocross fost li spettaturi Ghawcin specjalment dawk li jsibu diffikulta jinzlu f’Ta Qali Malta.

Din ir-raba edizzjoni ser issir fil-korsa tal-Gozo Horse Racing Association fix-Xewkija. L-ASMK ghal darb’ohra irnexiela tasal ghal ftiehem mal-Assocjazzjoni tat-Tlielaq taz-Zwiemel f’Ghawdex biex nuzaw il-kumpless Sportiv taghhom ghall din l-attivita. Il-korsa temporanja qed tkun mibnija min membri tal-ASMK fuq art kbira li tinsab fin-nofs tal-korsa taz-zwiemel, liema area ma tintuzax ghat-tigrijiet taz-zwiemel. Din il-lokalita fija spazju bizzejjed ghall din l-attivita bil-karozzi Autocross li ghandhu joffri spettaklu lill li spettaturi li jattandu. Dan kollu huwa possibbli bil-koperazzjoni shiha u Grazzi Kbira lill Kumitat tal-korsa specjalment il-President Ms. Mary Mifsud u l-Kumitat tal-Gozo Horse Racing Association.

Il-Ministru ghall Ghawdex qed jissapportja din l-attivita flimkien mal-Gozo Sports Board u d-Dipartiment tax-xogholijiet f’Ghawdex. Grazzi wkoll hija ndirizzata lill korp tal-Pulizija u f’Ghawdex, Water Service Corporation, lill familja ta’ Joe Apap u hafna kollaboraturi ohra Ghawcin li kollha qed jaghtu s-sehem tahhom biex din l-attivita tkun possibbli u tkun success.
IL-Gimgha u s-Sibt 8 u 9 ta’ Settembru mill-5pm il-quddiem ha jsiru l-provi, tahrig u testing mis-sewwieqa Maltin u Ghawcin fuq il-korsa li qieghda fi Triq ix-Xhajma fix-Xewkija waqt li t-tigrijiet tal-Hadd 10 ta ‘Settembru jibdew fl-10:30 ta’ filghodu.

Il-kompetituri u spettaturi mistennija jaghtu donazzjoni kull wiehed li ha tmur b’risq il-Fondazzjoni ARKA. Il-premjazzjoni lir-rebbieha ha ssir fuq il-post fi tmiem il-programm minn persuni distinti.



Assocjazzjoni Sport Muturi