Assocjazzjoni Sport Muturi

JOSEPH SCICLUNA JIRBAH L-ASMK ENDURO FIL-FAWWARA

21st February 2017

Ghazel Il-Lingwa:


Nhar il-Hadd 26 ta’ Frar 2017 l-‘Assocjazzjoni Sport Muturi u Karozzi’ (ASMK) sa tkompli bil-Kampjonati ASMK Pasta Poiatti 2016/2017. Is-sezzjoni Trials ser tkun qed ittella it-tielet attivta tal-Kampjonat Trials li se tigi organizzata f’barriera tal-Qawwi fil-Fawwara Limiti tas-Siggiewi. Il-Program jibda fid-9:00 ta’ fil-ghodu.

Intant nhar il-Hadd li ghadda 19 ta’ Frar 2017 l-Assocajazzjoni organizzat it-tielet attivita bis-sezzjoni Enduro fejn 16 il-kompetitur irregistraw ghal din l-attivita maqsuma f’zewg klassijiet. L-attivita bdiet bil-Pole Position fejn rajna lill Joseph Scicluna fuq mutur KTM u Bernard Sammut fuq KTM ukoll jispikkaw matul il-Pole Runs fejn b’differenza zghira Scicluna illidja f’din il-gurnata.

Matul l-ewwel Heat ufficjali l-kompetituri komplew itejbu l-hin taghhom. Fil-Klassi ‘B’, Scicluna u Zammit komplew jiddefendu l-pozizzjoni taghhom b’Scicluna jillidja b’erba sekondi vantagg fuq Zammit. Fix-xena matul l-ewwel Heat dahal ukoll James Zahra fuq mutur Yamaha. Dan irnexxielu javvanza sew fil-hin. It-Taqtija kompliet fit-tieni Heat minkejja li Scicluna kompla jkabbar il-vantagg tieghu biex jiddefendi l-ewwel pozizzjoni f’din il-klassi kif ukoll fir-rizultat Overall tal-Gurnata.

Intant, l-attenzzjoni marret fuq min ser jidhol fit-Tieni u t-Tielet postijiet fejn Zammit u Zahra komplew jikkumbattu matul din il-Heat. Hawn dahal ukoll fix-xena Gary Debono fuq mutur Sherco. Minkejja kollox ir-Rizultat finali spicca b’Scicluna jirbah il-gurnata b’hin ta’ 5 minuti 27.46 sekondi segwit minn Zammit fit-Tieni post b’hin ta’ 5 minuti 34.59 sekondi. Zahra u Debono spiccaw fit-Tielet u r-Raba pozizjoni rispettivament. Zahra ghalaq il-gurnata b’hin 5 minuti 35.34 sekondi filwaqt li Debono ghalaq il-gurnata b’hin ta’ 5 minuti 41.84 sekondi.

Fil-Klassi ‘A’ li fiha jikkompetu l-muturi b’cilindrata izghar rajna taqtiha bejn James u Grima fuq KTM u Elvin Debono fuq KTM ukoll. Matul il-Pole Position rajna lill Grima jirregistra l-ahjar hin segwit minn Debono u Krist Falzon fuq Honda. Matul l-ewwel Heat Debono irnexxielu itejjeb il-hin tieghu biex mar fuq quddiem f’din il-klassi waqt li kien segwit minn Grima u Falzon.

Matul it-tieni Heat rajna lill Grima jaghmel hiltu kollha biex jerga jgib lura dak li tilef fl-ewwel Heat billi jerga jipproova jtejjeb il-hin tieghu imma dan ma rrizultax fil-pozittiv ghax Debono kompla jtejjeb il-hin tieghu ukoll tant li halla lill Grima u l-Falzon jikkumbattu ghat-Tieni u t-Tielet postijiet. Ir-Rizultat Finali spicca b’Debono jirbah il-klassi ‘A’ b’hin ta’ 6 minuti 9.82 sekondi segwit minn Grima fit-tieni post b’hin ta’ 6 minuti 26.85 sekondi. Fit-tielet post dahal Falzon b’hin ta’ 6 minuti 39.14 sekondi waqt li fir-raba post spicca Aidan Camilleri fuq Yamaha b’hin ta’ 6 minuti 43.76 sekondi.

Intant l-Assocjazzjoni tavza li ghal darb’ohra sa tigi organizzata Demolition Derby li ser issir nhar il-Hadd 9 ta’ April 2017. Il-Kumitat Ezekuttiv iddecieda li din id-darba (jekk dejjem ikun hemm partecipanti biz-zejjed) issir ‘DEMOLITION DERBY BIL-KAROZZI ZGHAR’. Dan ifisser li karozzi ma tistghux ikunu itwal minn 4 metri (13 il-pied).

Kull min hu nteressat li jippartecipa bhala kompetitur irid jattendi ghal laqgha li ser issir nhar il-Hamis 9 ta’ Marzu 2017 fl-ASMK Club House, Triq il-Kampnar ta’ l-Arlogg Imtarfa. Il-laqgha tibda fit-8:00pm. Matul din il-laqgha jigu rregistrati l-kompetituri u jinghataw l-ahhar dettalji. Ir-Regolamenti ta’ din it-tigrija jinsabu fis-sit elettroniku tal-Ghaqda



Assocjazzjoni Sport Muturi