Assocjazzjoni Sport Muturi

ASMK ENDURO FIL-Fawwara NHAR IL-HADD LI GEJ

21st February 2017

Ghazel Il-Lingwa:


L-Assocjazzjoni Sport Muturi u Karozzi nhar il-Hadd li gej 19 ta’ Marzu 2017 sa torganizza it-tielet attivita mill-Kampjonat Nazzjonali Enduro 2016/2017. Dan huwa sponsorjat min Pasta Poiatti u Dunlop. Din l-attivita ser issir barra l-kumpless sportiv tal-Assocjazzjoni. Fil-fatt ser issir fil-Barriera tal-Fawwara Limiti tas-Siggiewi. Ir-Registrazzjoni tiftah fid-9:00am u l-attivita tibda fl-10:00am.

Intant nhar il-Hadd li ghadda l-Assocjazzjoni organizzat attivita ohra bil-Karozzi Autocross u l-Muturi Motocross. Dawn kienu tigrijiet wkoll mill-istagun ASMK Pasta Poiatti 2016/2017. Ghal din l-attivita hadu sehem 45 kompetitur.
Fis-Sezzjoni Autocross rajna gurnata impenjattiva ghal 22 kompetitur maqsuma f’zewg klassijiet, dik Modified u dik Standard. Fil-Klassi Modified rajna lill Philip Joe Vella fuq Opel Corsa jirbah it-tliet Heats tal-gurnata biex kien l-ewwel sewwieq li s-sigila postu fil-finali klassi A. Mieghu kkwalifkaw Gordon Johnson, Joseph Micallef u Malcom Borg it-tlieta fuq karozzi Opel Corsa, Jason Martin fuq Volkswagen Polo u Karl Micallef fuq Ford Fiesta.
Mat-tluq ta din il-finali rajna hrug tajjeb min Johnson u Vella fejn baqghu ras imbras sa wara l-ewwel kantunier izda Vella spinja bil-karozza u hareg barra mil-korsa. Intant issa dahlu fix-xena Karl Micallef u Borg f’taqtija min se jiehu l-post ta Vella. Karl Micallef irnexxielu jghaddi quddiem segwit min Borg fejn baqghu jiddefendu l-post sa l-ahhar. Intant, ir-rizultat finali spicca b’Johnson jirbah segwit minn Karl Micallef u Borg. Fir-raba post spicca Joseph Micallef waqt li fil-hames u s-sitt post dahlu Vella u Martin rispettivament.

Fil-Finali Klassi B rajna il-linja ta tluq composta minn Noel Zammit fuq Fiat Punto, Jean Paul Grech fuq Peugeot 106, Jonathan Camilleri, Terence Azzopardi u Melo Zammit fuq Opel Corsa u Kieth Borg fuq Vauxhall Nova. Mat-tluq ta din il-finali rajna lill Noel Zammit, Grech u Azzopardi jaghmlu harga tajba hafna tant li baqghu flimkien sa l-ewwel kantuniera b’Noel Zammit jiehu t-tmun tal-finali segwit minn Grech u Camilleri. Azzopardi rtira mit-tigrija minhabba li qabad it-tyres mal-genb tal-korsa waqt li s-sewwieqa baqghu jiddefendu posthom. L-attenzzjoni daret fuq Melo Zammit li kien qed jaghmel pressjoni fuq Camilleri sakemm irnexielu jissuperah. It-tigrija kompliet imma kellha tmiem sfortunat ghal Grech fejn minhabba hsara fl-isteering spicca kellu jirtira mit-tigrija. Il-finali spiccat b’ Noel Zammit jirbah segwit minn Melo Zammit u Camilleri. Fir-raba post dahal Borg waqt li fil-hames u s-sitt post spiccaw Grech u Azzopardi rispettivament.

Fl-Autocross Standard kellna dawn ir-rizultati:- Ian Fenech fuq Citroen AX jirbah din il-klassi segwit min Deane Farrugia ukoll fuq Citroen AX. Fit-tielet post dahal Quinn Camilleri fuq Peugeot 106 filwaqt li fir-raba u l-hames post spiccaw Karl Scicluna fuq Peugeot 106 u Johann Vella fuq Opel Nova. Fis-sitt post spicca Angelo Galea fuq Peugeot 106.
Harsa hafifa lejn x’gara fis-sezzjoni Motocross. Fi Klassi A rajna spettaklu ta sewqan sportiv u ferm kompetittiv fejn l-attenzzjoni kienet fuq Clayton Camilleri fuq KTM 350cc u Paul Muscat fuq KTM 450cc. Wara l-kwalifikazzjoni fl-ewwel Heat rajna lill Muscat jaghmel hrug tajjeb hafna segwit minn Kyle Camilleri fuq KTM 250cc u David Dimech fuq Honda 450cc. Minkejja din is-sitwazzjoni Clayton Camilleri ghamel avvanz qawwi tant li wara l-ewwel lap spicca isegwi lill Muscat. Din is-sitwazzjoni baqghet sa tmiem it-tigrija b’Muscat ikompli jiddefendi posthu fejn f’mumenti minnhom Camilleri irnexxilu jisspura lill Muscat b’dan tal-ahhar jaghmel hiltu kollha biex igib il-pozizjoni tieghu lura. Fit-tieni Heat rajna sitwazzjoni simili bir-rizultat finali jispicca b’Paul Muscat jirbah il-gurnata segwit minn Clayton Camilleri. Fit-tielet post spicca Trevor Muscat fuq KTM 250cc segwiet fir-raba u il-hames postijiet mill-kungini David u Stefan Dimech, it-tnejn fuq muturi Honda.

Rizultati ohra mill-Motocross li kellna fi Klassi B. Hawn rajna lill Ryan Faenza fuq Yamaha jirbah il-gurnata segwit fit-tieni post min Peter Lee Sammut fuq KTM. Fit-tielet post dahal Elvin Debono fuq Kawasaki. Fil-Motocross Klassi C rajna lill Vincent Agius fuq Yamaha jirbah il-klassi segwit fit-tieni post min Michael Sant fuq Honda filwaqt li fit-tielet post dahal Adrian Bonnici fuq Yamaha.

Fil-Klassi Veterans rajna lill William Sant fuq Suzuki jirbah din il-klassi segwit fit-tieni post min Paul Degaura fuq KTM. It-tielet post intrebah minn Jethro Sant fuq Yamaha.



Assocjazzjoni Sport Muturi