Assocjazzjoni Sport Muturi

Aktar Autocross u Motocross f’Ta Qali nhar il-Hadd

7th February 2017

Ghazel Il-Lingwa:


Nhar il-Hadd 5 ta’ Frar 2017 l-‘Assocjazzjoni Sport Muturi u Karozzi’ organizzat it-tieni attivita mill-Kampjonat ASMK Pasta Poiatti 2016/2017. L-Attivita kienet tikkonsisti f’ tigrijiet bil-Karozzi Autocross u l-Muturi Motocross. Din l-attivita kienet bdiet nhar il-Hadd 22 ta’ Jannar 2017 u kellha tigi posposta darbtejn minhabba l-maltemp qalil li qed jolqot il-gzejjer Maltin. Dan qed jeffettwa hazin l-attivitajiet organizzati mill-ASMK.

Intant ghal din l-attivita irregistraw 51 kompetitur maqsuma bejn Karozzi u Muturi. Matul it-tigrijiet fl-Autocross Modified u Standard ma kellna lill hadd li rnexilu jirbah il-Heats kollha tal-gurnata. Minkejja dan fil-Finali Klassi ‘A’ Modified rajna jikkwalifikaw lill Gordon Johnson, Philip Joe Vella, Joseph Micallef u Tenerace Azzopardi kollha fuq karozzi Opel Corsa flimkien ma Karl Micallef u Duncan Delia it-tnejn fuq Ford Fiesta.
Mat-tluq ta din il-finali rajna lil Johnson jaghmel hrug tajjeb hafna tant li sa l-ewwel kantuniera kien diga tul ta karozza quddiem l-aversarji tieghu waqt li kien segwit vincin minn Vella, Azzopardi u Micallef. Dawn ghamlu numru ta dawriet f’din il-pozizzjoni sakemm Johnson zviluppatlu hsara mekkanika fir-rota ta quddiem bil-konsegwenza li kellu jirtira mit-tigrija. B’hekk kienet aktar facli ghal Vella biex ha t-tmun tal-finali bir-rizultat li dan rebah din il-finali, segwit minn Joseph Micallef u Azzopardi. Fir-raba post dahal Karl Micallef segwit min Delia u Johnson fil-hames u sitt post.

Fil-Finali Klassi B Modified rajna start line b’ Keith Borg fuq Vauxhall Nova, Noel Zammit fuq Fiat Punto, Malcom Borg fuq Opel Corsa, Melvin Buttigieg fuq Citroen, Jean Paul Grech fuq Peugeot, u Andrew Pisani fuq Opel Nova. Mat-tluq ta din il-finali rajna lil Borg u Zammit jaghmlu hrug tajjeb hafna b’Borg jiehu t-tmun segwit min Zammit b’dan tal-ahhar kien mill-ewwel superat min Grech. It-tigrija kompliet bi spettaklu ta sewqan nadif bejn Borg, Grech u Zammit li baqghu mwahlin flimkien. Borg baqa jiddefendi posthu sa l-ahhar biex rebah din il-finali segwit min Grech u Zammit. Fir-raba u l-Hames post spiccaw Keith Borg u Buttigieg. Fis-sitt post dahal Pisani li kien irtira minhabba hsara mekkanika fir-rota ta quddiem.

Fil-Finali Autocross Standard Nicovich Chircop fuq Peugeot 206 rebah l-ewwel finali tieghu waqt li kien segwit min Ian Fenech fuq Citroen AX. Fit-tielet post dahal Angelo Galea fuq Peugeot 106. Fir-raba u l-Hames post spiccaw Deane Farrugia fuq Citroen AX u Karl Scicluna fuq Peugeot 106 rispettivament. Fis-sitt post spicca Quinne Camilleri fuq Peugeot 106 li kellu jirtira qabel spiccat il-finali minhabba hsara teknika.

Mis-Sezzjoni Motocross kellna gurnata impenjativa fejn 25 Rider kienu maqsuma f’erba klassijiet. Fi klassi A li tigbor fija l-aqwa Riders b’esperjenza f’dan l-isport rajna lil Paul Muscat fuq mutur KTM 450cc jirbah din il-klassi segwit min Clayton Camilleri fuq mutur KTM 350cc. Fit-tielet post spicca David Dimech fuq mutur Honda 450cc.

Fi Klassi ‘B’ ghall Riders ‘Intermediate’ rajna lil Ryan Faenza fuq mutur Yamaha 250cc jirbah din il-klassi segwit min Peter Lee Sammut fuq mutur KTM 250cc. Fit-tielet post dahal Mark Mamo fuq mutur Yamaha 125cc 2T.

Fi Klassi ‘C’ ghall Riders ‘Beginners’ rajna lil Bernard Sammut fuq mutur KTM 300cc jirbah din il-klassi segwit min Adrian Bonnici fit-tieni post fuq mutur Yamaha 250cc. Fit-tielet post spicca Michael Sant fuq Honda 125cc 2T.

Fil-Klassi ‘MX Veterans’ rajna lill William Sant fuq mutur Suzuki 250cc jirbah din il-klassi segwit fit-tieni post minn Paul Deguara fuq mutur KTM 250cc. It-tielet post intrebah minn Jethro Sant fuq mutur Yamaha 250cc.

Intant l-Assocjazzjoni mistennija tkompli bl-attivitajiet mill-istagun ASMK Pasta Poiatti 2016/2017. Nhar il-Hadd li gej 12 ta’ Frar 2017 l-ASMK sa tkun qed torganizza t-tielet attivita bl-Autocross u Motocross. Il-Programm jibda fil-11:00am.

L-Assocjazzjoni tinforma wkoll li fuq il-website wiehed isib kull informazzjoni relatata ma kull tip ta sport li l-Assocjazzjoni torganizza kif ukoll issib ir-Regolament, Ahbarijiet u Up-date kontinwu tal-Kalendarju Sportiv. Dan kollu fis- sit Ufficjali www.asmk.org.mt. Iktar informazzjoni tinsab ukoll fuq il-Pagna tal-Facebook bl-isem Assocjazzjoni Sport Muturi u Karozzi.



Assocjazzjoni Sport Muturi