Assocjazzjoni Sport Muturi

Nhar il-Hadd li gej jitkompla Kampjonat tal-ASMK

24th January 2017

Ghazel Il-Lingwa:


Nhar i-Hadd 22 ta’ Jannar 2017 l-Assocjazzjoni Sport Muturi u Karozzi organizzat it-tieni programm bil-karozzi Autocross u muturi Motocross mill-istagun ASMK Pasta Poiatti 2016/2017 fejn b’kollox ir-registraw 48 kompetitur ghal din attivita.

Fuq trakka imxarrba iktar mis-soltu minhabba l-maltemp li ghamel matul il-lejl ghamila ftit iktar difficli biex wiehed jikkontrolla l-karozza dan ma kienx l-istess ghar-Riders tal-Motocross li kellhom korsa perfett. Kmieni qabel bdiet l-attivita inghata bidu ghal Warm-up mis-sezzjoni Motocross u Autocross fejn saru wkoll l-ewwel Heats tal-gurnata bil-Karozzi kif ukoll l-ewwel Heat bil-Muturi Motocross. Izda waqt l-ewwel Heat ta Klassi tal-Motocross infethu bieben is-sema tant li l-korsa intliet bix-xita u dan ghamilha ferm difficli li jkomplu l-attivitajiet kif kienu ippjanti.

Il-Kumitat Ezekuttiv tlaqa u evalwa is-sitwazzjoni waqt li kienet ghada niezla ix-xita ghall ammont ta hin konsiderevoli. L-istess kumitat li ghandu jiwaqqaf il-Programm milli jitkompla minhabba is-sigurta tas-sewwieqa. Il-Kumitat iddecieda wkoll li l-programm jitkompla nhar il-Hadd 29 ta’ Jannar 2017.

L-Amministrazzjoni tinforma lil-Pubbliku li min kien diga hallas biex jidhol jara l-attivita ghandu jzomm u jipprezenta l-biljet halli nhar il-Hadd li gej ikun jista jidhol minghaijr ma jerga jhallas. Dan qed isir ghax il-Kumitat ihoss li huwa gust li wiehed li hallas biex jara gurnata ta attivita ta sports, liema programm twaqqaf minhabba l-maltemp, jista jerga jidhol bla hlas fil-programm ta nhar il-Hadd 29 ta Jannar.

Apparti li nhar il-Hadd li gej 29 ta’ Jannar se jitkompla il-Programm bil-Karozzi Autocross u l-Muturi Motocross li beda nhar il-Hadd li ghadda, is-sezzjoni Trials ser tkun qed torganizza it-tieni attivita mill-Kampjonat Trials ASMK Pasta Poiatti 2016/2017, liema programm jibda fid-9.00 am. Wara dan, ghal habta ta nofsinhar sa jitkompla l-programm bl-Autocross u Motocross.



Assocjazzjoni Sport Muturi